Programm 1 – 7 ta’ Ottubru 2009 – Tiġieġa Casserole bl-Inbid Aħmar
INGREDJENTI
kilo tiġieġ partijiet jew sidra
200g basal imqatta
200g faqqiegħ
200g tadam imqatta
żewġ tazzi nbid
300ml stokk tat tiġieġ
żejt taż-żebbuġa
werqa randa
ftit mixed spice
bżar u melħ
ftit dqiq
METODU
1. Nehhi x-xaħam tat-tiġieġa. Tista tuża partijiet bil-għadam jew sider. Aqta f’biċċiet imdaqqsin. Roxx ftit bżar u melħ u għaddi mid-dqiq.
2. Saħħan ftit żejt u aqli t-tiġieġ sakemm isiru ħomor; pero’ mhux importanti li jkunu msajra. Poġġi fil-casserole.
3. Fl-istess taġen qalli l-basal u l-faqqieħ. Qalli bil-mod għal madwar 7 minuti. Żid it tadam u ftit mixed spice.
4. Żid l-imbid, stokk u għalli. Poġġi din iz zalza fuq it tiġieġ u sajjar fil-forn għal madwar siegħa u kwart.