TORTA TAS-SALAMUN
Ingredjenti
400g salamun
100g gambli
200g kurrad
150g karotti
150g brokkoli
150g ful imqaxxar
150g piżelli
50g margarine
50g dqiq
600ml ilma
dada tal-ħut
tewm
ħabaq
lumija
Metodu
1. Aħsel, qaxxar u qatta l-ħaxix kollu. Qiegħed il-ħaxix fi bwieqi differenti. Il-ħut ukoll qattgħu f’biċċiet kwadri.
2. Ġo taġen kbir saħħan il-margarine. Qalli l-kurrad u t-tewm. Ħawwad tajjeb. Żid il-karotti u kompli sajjar dejjem fuq nar baxx, filwaqt li tkompli tħawwad.
3. Żid is-salamun u l-qoxra ta’ lumija. Ħawwad tajjeb u kompli sajjar għal ħames minuti.
4. Żid id-dqiq, l-ilma, il-ħabaq u d-dada tal-ħut. Kompli ħawwad sakemm it-taħlita tiftaħ tagħli.
5. Żid il-brokkoli, il-piżelli u l-ful. Erġa ħawwad u żid ftit bżar u melħ.
6. B’din it-taħlita tista tagħmel jew torta kbira jew inkella torti żgħar individwali. Tista tużaw l-għaġina li tħobbu jew għaġina frolla (shortcrust) jew għaġina sfoll (puff pastry). Tista wkoll tagħmel il-qiegħ ta’ l-għaġina u l-wiċċ tal-patata maxx.
7. Idlek il-wiċċ bil-bajd imħabbat u jekk trid tista troxx ftit ġunġlien fil-wiċċ ta’ l-għaġina.
8. Sajjar fil-forn.