Tris tal-ħut fil-forn
Tris tfisser tlett affarijiet differenti. F’dan il-każ tfisser tlett tipi ta’ ħut differenti. Imma tista tfisser ukoll tlett tipi ta’ laħam jew frott jew ħelu differenti.
Ingredjenti
Salamun
Gambli kbar
Ħuta bajda , bħal aċċola jew ċerna
Tursin
Żejt taż-żebbuġa. Jekk jista jkun extra virgin.
Melħ u bżar
Lumi
Metodu
Fuq platt kbir qiegħed il-biċċiet tas-salamun u l-ħuta l-bajda. Il-biċċiet tal-ħut ma jridux ikunu kbar. Trid tagħmel attenzjoni kbira li ma jkollhomx xewk.
Lesti dixx tal-forn fejn se ssajar il-ħut.
Fil-qiegħ tad-dixx poġġi s-salamun fuqu l-ħuta l-bajda u l-aħħar il-gamblu mqaxxar. Fil-wiċċ roxx ftit bżar u melħ, meraq tal-lumi u żejt taż-żebbuġa.
Sajjar fil-forn għal madwar 25 minuta.
Servi bil-flieli tal-lumi.