Xikel tal-Ħaruf

Ingredjenti

 

4 ixkla tal-ħaruf

200g basal

200g karrotti

25g kunserva

4 werqiet tar-rand

2 tazzi nbid aħmar

tewm... skont kemm tiggosta

żejt taż-żebbuġa

ftit ilma

klin

bżar sħiħ u melħ

 

 

Metodu

 

  • Ixgħel il-forn 1900C, gass numru 5.

 

  • Naddaf l-ixkla, poġġihom fuq dixx tal-forn u roxx ftit klin fuqhom.

 

  • Sajjar fil-forn sakemm jieħdu kulur ħamrani.

 

  • Qaxxar il-basal u t-tewm u qattagħhom f’biċċiet żgħar.  Naddaf il-karrotti u qattagħhom ukoll f’biċċiet żgħar.

 

  • Saħħan ftit żejt ġo taġen u qalli l-basal u t-tewm għal ftit minuti.  Ħawwad il-ħin kollu.  Baxxi n-nar, żid il-karrotti u ftit klin ieħor u kompli sajjar għal ftit minuti oħra.  Żid il-kunserva, l-inbid u ftit ilma.  Roxx ftit bżar u ħawwad tajjeb.  Kompli sajjar għal madwar 5 minuti.  Żid ir-rand u ara jekk ikunx hemm bżonn li żżid ftit melħ.

 

  • Neħħi l-ixkla mid-dixx, poġġihom ġo casserole li jkollha l-għatu u ferra’ z-zalza lesta fuqhom.

 

  • Sajjar fil-forn għal madwar 90 minuta.  Żid ftit ilma fietel jekk tinnota li l-likwidu jkun qed jonqos waqt is-sajran.