Klabb tat-Tisjir » Pizza

Pizza
KIF TAGĦMEL L-GĦAĠINA

Ingredjenti

235ml ilma fietel

350g dqiq plain

1.25 kuċċarina ħmira

2 imgħaref żejt taż-żebbuġa

kuċċarina melħ

kuċċarina zokkor

Metodu

Ġo bieqja żgħira qiegħed il-ħmira u kuċċarina zokkor.  Ħallat tajjeb.  Ferra l-ilma fietel u ħawwad.  Qiegħed fil ġenb, sakemm it-taħlita tikber u fil-wiċċ ikollha r-ragħwa.

Ġo beiqja kbira għarbel id-dqiq.  Żid il-melħ u ħallat tajjeb.

Mad-dqiq żid it-taħlita tal-ħmira flimkien maż-żejt.  Għaġen sewwa sakemm l-għaġina tiġi lixxa (smooth).  Ifforma l-għaġina f’forma ta’ ballun.  Erġa qiegħed ġo l-iskutella.  Għatti b’ċarruta mxarrba u ħalliha f’post sħun għal madwar sagħtejn jew sakemm tara li t-taħlita telgħet id-doppju.

Ferrex ftit dqiq fuq il-mejda fejn tkun se taħdem l-għaġina.  Ħaddem b’idejk u erġa poggi l-għaġina fl-iskutella sakemm terġa titla.  Erġa għatti b’ċarruta mxarrba u ħalliha f’post sħun.

Din id-darba tinduna kemm l-għaġina tieħu wisq anqas żmien biex terġa titla.  B’hekk l-għaġina ma jkolliex ħafna tomgħa ta’ ħmira.

Jekk se tiffriża l-għaġina poġġiha ġo borża tal-plastic; issikka l-isfel u ffriża għal mhux aktar minn tliet xhur.

KIF TIBDA L-PIZZA

Jekk se tagħmel il-pizza f’forom żgħar u tondi jew pizza magħluqa (calzone) allura aqta biċċet mill-għaġina u fforma fi blalen żgħar.  Tista tagħmel hekk anki qabel ma tiffriża l-għaġina; u b’hekk issibha lesta meta tkun tridha.  Iftaħ b’idejk jew bil-lembuba.

ZALZA

Din għandha tkun zalza tat-tadam komuni.  Iġifieri tadam biss mingħajr xejn miżjud.  Tista tuża passato tal-flixkun.  Ma trid tagħmel ħafna kunserva.

Mozzarella

Importanti li l-mozzarella tkun imqatta biċċiet żgħar ħafna jew irqaq.  Inkella din tieħu ħafna żmien biex iddub.  L-aħjar ħaġa hu li tuża l-imħakka minn-naħa ta’ fejn hi l-iħxen.

Pizza Magħluqa

Tista tagħmel din it-tip ta’ pizza, dik li t-Taljani jgħidulha Calzone.  Din hija tajba ħafna u tista tuża l-imaġinazzjoni u l-l-gosti tiegħek u tal-familja fl-għażla ta’ l-ingredjenti.  Dawn huma ftit eżempji kif tista timla l-pizza:

Irkotta ,spinaċi u mozzarella.

Mozzarella, perżut u faqqiegħ.

Mozzarella, spinaċi u ħut li trid; bħal lampuki, tonn taż-żejt etc.

Mozzarella, tiġieġ, faqqiegħ, spinaċi u għasel.

Pizza Tradizzjonali

Il-pizza tradizzjonali hija dik ċatta.  Hija ferm diffiċli li meta sajjarha fil-forn tad-dar ikollha l-istess togħma bħal dik li nieklu minn barra.  Dan għaliex biex issajjar il pizza tradizzjonali trid il-qiegħa u mhux pjanċa tal-forn tad-djar.

Veġetarjana

Qarabagħli, brunġiel, sweetcorn, piżelli, basal, zalza u mozzarella.

Quattro formaggi bl-Aruka u Perżut Taljan  (Parma Ham)

4 tipi differenti ta’ ġobon:  Gruyère, Fontina, Mozzarella u Blue Cheese, aruka u slices tal-perżut.

Pizza tan-Nanna

Ingredjenti

400g irkotta

600g patata mqatta rqiqa ħafna  Crisps

120g basal imqatta rqiq

80g qlub tal qaqoċċ

ftit bużbież

slices tat-tadam

sinna tewm

bżar u melħ

zalza

mozzarella

ftit ħalib

riegnu

Metodu

Għamel l-għaġina tal-pizza u iftaħ skont id-daqs li trid.  Poġġiha fuq pjanċa tal-forn.

Ġo bieqja qiegħed l-irkotta u għaffiġha.  Żid magħha ftit ħalib u bżar u melħ.

Qiegħed ftit zalza fuq l-għaġina.

Fuq din iz-zalza għamel it-taħlita ta’ l-irkotta flimkien ma’ ftit mozzarella.

Ġo bieqja kbira poġġi l-patata, il-basal, il-qlub tal-qaqoċċ, bużbież, riegnu u nofs il-mozzarella li jkun baqa.  Ħallat tajjeb.

Qiegħed din it-taħlita fuq l-irkotta.  Żejjen il-wiċċ bil-bqija tal-mozzarella u s-slices tat-tadam.

Sajjar f’forn jahraq.  Jekk trid meta toħroġ mill-forn ferrex ftit żejt taż-żebbuġa.

(Din ir-riċetta tal-pizza hija oriġinali ta’ Anton B. Dougall)