Lingwine bil-Frott tal-Baħar

It-lingwine huma bħal spagetti ċatti u wiesgħa; iżda huma idjaq mit-tagliatelle.

 

 

Ingredjenti

 

450g lingwine

200g tadam

120g gambli kbar

120g imħar

120g maskli

120g basal

tewm

lummija

tazza nbid abjad

ħabaq

żejt taż-żebbuġa

bżar u melħ

 

 

Metodu

 

  • Imla borma kbira b’ħafna ilma u poġġiha fuq in-nar.

 

  • Meta l-ilma jiftaħ jagħli żid ftit melħ.  Għalli l-għaġin.

 

  • Meta l-għaġin ikun sar saffi u għaddih minn l-ilma kiesaħ, biex l-għaġin jiksaħ sew u b'hekk ma jibqax isir.  Qattar tajjeb.

 

  • Qaxxar u qatta l-basal u t-tewm f’biċċiet żgħar.

 

  • Ħu taġen kbir.  It-taġen irid ikun fond.  Saħħan ftit żejt.  Qalli l-basal u t-tewm għal ftit ħin.  Trid tagħmel ħafna attenzjoni li ma jinħarqux, għax inkella jagħmlu togħma morra.

 

  • Jekk tkun se tuża gambli friski, trid taħsilhom u tgħallihom għal 12 il-sekonda, f’ħafna ilma u fih tagħmel biċċa lummija u wara tqaxxarhom.

 

  • Qaxxar it-tadam u qattgħu f’biċċiet żgħar.

 

  • Aħsel tajjeb il-frott tal-baħar u żidu mal-basal u tewm.  Ħawwad tajjeb.

 

  • Żid l-inbid, ħabaq, meraq ta’ lummija, ibżar u melħ.  Kompli ħawwad.

 

  • Kompli sajjar għal 5 minuti.

 

  • Żid l-ispagetti u ħawwad sewwa.

 

  • Żejjen b’bicca tursina.