Sider tal-Papra fil-Brandi

Ingredjenti

 

4 isdra tal-papra

2 grokkijiet brandi

meraq ta’ larinġa

gravy mix

żejt

bżar mitħun frisk u melħ

 

 

Metodu

 

  • Naddaf l-isdra tal-papra mix-xaħam kollu u l-ġilda tax-xfar.

 

  • Xaqqaq il-ġilda tal-wiċċ bil-ponta ta’ sikkina.  Roxx ftit bżar u melħ.

 

  • Ixgħel il-forn 2000C, gass numru 6.

 

  • Saħħan ftit żejt ġo taġen kbir.  Sajjar tajjeb l-isdra tal-papra miż-żewġ naħat, speċjalment in-naħa tal-ġilda.

 

  • Poġġihom ġo dixx tal-forn u ferrex il-meraq tal-larinġ u l-brandi fuqhom.  Erġa’ roxx ftit bżar u melħ jekk ikun hemm bżonn.

 

  • Sajjar fil-forn għal madwar 50 minuta.

 

  • Ipprepara l-gravy skont l-istruzzjonijiet miktubin fuq il-bott tal-gravy mix.

 

  • Neħħi l-isdra mid-dixx tal-forn, qattagħhom fi slajsis ħoxnin u poġġihom ġod-dixx fejn se sservihom.

 

  • Ħallat flimkien il-gravy li tkun għamilt mal-likwidu li jkun hemm fid-dixx tal-forn.  Ħawwad tajjeb u ferrgħu fuq il-qatgħat tal-papra.

 

  • Servi sħan.